Monday, November 11, 2024

Jintrebħu diversi midalji tad-deheb fl-Atletika

Aqra wkoll

L-atleti Maltin komplew jibbrillaw meta fl-atletika komplew jintrebħu  bosta midalja oħra.

Graham Pellegrini kiseb midalja tad-deheb fil-200m b’ħin ta’ 21.22 sekondi waqt li Beppe Grillo temm fil-ħames post. L-atleta mil-Lussemburgu David Wallig temm fit-tieni post b’ħin ta’ 21.28 sekondi.

Fit-200m tan-nisa, Carla Scicluna temmet fit-tieni post b’ħin ta’ 23.74 sekondi li kien rekord nazzjonali, waqt li Janet Richard temmet fit-tielet post b’ħin ta’ 24.08 sekondi u b’hekk kisbet il-bronż.

Fit-triple jump, James Armani rebaħ id-deheb għal Malta b’qabża ta’ 14.49m, waqt li Ian Paul Grech sofra injury iżda xorta waħda rnexxielu jikseb il-bronż b’qabża ta’ 13.93m.

Deheb ghal Malta wkoll fil-4x100m relay tal-irġiel b’ħin ta’ 40.59 sekondi. It-tim Malti kien kompost minn Beppe Grillo, Graham Pellegrini, Gaetano Di Franco u Luke Bezzina.

Deheb għal Malta wkoll fil-4x100m relay tan-nisa b’ħin ta’ 45.39 sekondi. It-tim Malti kien kompost minn Claire Azzopardi, Janet Richard, Carla Scicluna and Charlotte Wingfield.

BASKETBALL

It-team nazzjonali tan-nisa tal-basketball naqas milli jirbaħ midalja tal-bronż, hekk kif safa megħlub minn Ċipru bl-iskor ta’ 87-77.

TEAM MALTA TAL-IBBURDJAR BL-UNURI KOLLHA

Ma kien hemm l-ebda tlielaq fl-aħħar ġurnata li jfisser li Team Malta kiseb l-unuri kollha fl-Optimist Senior, kemm fil-kategorija tal-irġiel kif ukoll tan-nisa.

Timmy Vassallo ħa d-deheb qabel Jonas Micallef u Matthias Spiteri filwaqt li fil-klassi tan-nisa Emily Fenech ħadet id-deheb qabel Aleksandra Nagrudnaya u Katrina Briffa.

Fil-klassi ILC4 Katrina Micallef ħadet id-deheb filwaqt li Mia Busuttil temmet fit-tielet post.

Sport