Thursday, November 13, 2025

Jintużaw 1,200,000 litru ta’ ilma biex jintefa n-nar fl-iscrapyard

Aqra wkoll

Il-Protezzjoni Ċivili qalet li biex intefa n-nar fl-iscrapyard li spiċċa ħuġġieġa nar f’Tal-Barrani fiż-Żejtun ilbieraħ intużaw1,200,000 litru ta’ ilma.

B’kollox kien hemm 97 pumpier jaħdmu fuq din l-operazzjoni meqjusa bħala waħda delikata ħafna. Huma ħadmu għal 16-il siegħa sħaħ biex żguraw li n-nar intefa. 

Kien għall-ħabta tat-3.15 p.m. tal-bieraħ meta l-membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa biex jikkontrollaw in-nirien. Fuq il-post issejħu wkoll il-pulizija u timijiet mediċi. 

Aktar tard imbagħad fil-Parlament, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri kkonferma li żviluppaw nirien kbar fi scrapyard fiż-Żejtun fejn kien hemm xi karozzi u anke parts ta’ karozzi li kien hemm nirien fihom, li dan seta’ jkun ta’ periklu għall-ħaddiema kollha fuq il-post inkluż il-forzi tal-ordni u l-awtoritajiet tas-saħħa li qegħdin hemm biex jassistu.

Il-Ministru Camilleri spjega wkoll li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħareġ ukoll avviż biex ir-residenti fil-lokalitajiet taż-Żejtun, Ħal Għaxaq, il-Gudja u Birżebbuġa jżommu t-twieqi u l-bibien magħluqa bħala prekawzjoni.

Huwa ta dawn id-dettalji wara mistoqsija li saritlu mill-Whip tal-Gvern Naomi Cachia.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport