Monday, November 10, 2025

Jinżamm arrestat b’rabta ma’ serq minn għassa 

Aqra wkoll

Raġel ta’ 27 sena inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li seraq mill-Għassa tal-Pulizija f’Santa Venera, liema serqa tammonnta għal xejn inqas minn €2,300.

Nico Spalding ġie mixli li wettaq din is-serqa li seħħet bejn is-6 u s-7 ta’ Novembru li għadda fi Triq il-Kbira San Ġużepp. 

Skont il-Prosekuzzjoni, l-imputat allegatament seraq tagħmir tal-pulizija fosthom radju, magna li toħroġ iċ-ċitazzjonijiet u oġġetti oħra u li fl-istess lejl huwa għamel ħsara li tammonta għal mhux aktar minn €250.

Quddiem il-Maġistrat Nadine Lia, l-imputat wieġeb mhux tal-akkużi miġjuba kontrih iżda baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li kellu t-talba għall-ħelsien mill-arrest miċħuda mill-Qorti.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Valentina Cassar mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispetturi Christine Delia u Sarah Kathleen Zerafa. 

L-Avukat Martina Herrera dehret għal Spalding. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport