Thursday, December 26, 2024

Jinżamm arrestat fuq serq ta’ mobiles b’valur ta’ aktar minn €2,300

Aqra wkoll

Michael Oluwafemi Tewogbola ta’ 41 sena min-Niġerja u residenti fil-Millenium Chapel ta’ San Ġiljan, baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli b’serq ta’ mobile phones b’valur ta’ aktar minn €2,300.

Il-każ seħħ nhar is-7 ta’ Lulju 2019, f’xi ħin bejn is-6.00 a.m. u s-6.30 a.m. minn ġewwa l-ħanut “Mobiles Malta” li jinsab fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, San Ġiljan. Tewogbola kien mixli wkoll li kien reċediv b’diversi sentenzi tal-Qorti li saru definittivi u li ma jistgħux jiġu mħassra, mnaqqsa jew mibdula.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u saret talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba li l-imputat m’għandux residenza fissa. Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, ċaħdet it-talba u ordnat li Tewogbola jibqa’ jinżamm taħt arrest preventiv.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Saviour Baldacchino. L-Avukat Victor Bugeja deher għall-imputat.

Ekonomija

Sport