Thursday, January 1, 2026

Jinżamm arrestat… ħeġġeġ lill-martu biex tagħmel suwiċidju

Aqra wkoll

Albaniż ta’ 59 sena baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li fl-ewwel jum tas-sena tressaq il-Qorti fejn ġie mixli li hedded lil martu li tiġi omm ibnu taħt l-età u anke ħeġġiġha biex tagħmel suwicidju.

L-allegat vittma għamlet rapport fit-Taqsima ta’ Kontra l-Vjolenza Domestika tal-Pulizija u meta sar rapport tal-ħaddiema soċjali rriżulta li tinsab f’riskju għoli ħafna.

 Il-Prosekuzzjoni qalet li hu ġie arrestat lejlet l-Ewwel tas-Sena. Quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana, l-Albaniż wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih.

Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Qorti qalet li kienet qiegħda tiċħad din it-talba meta tqis li mill-assessjar li għamlu l-ħaddiema soċjali, il-periklu fuq l-allegata vittma nstab li dan hu għoli.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Christian Cauchi. Għall-imputat dehret l-Avukat tal-Għajnuna legali Sarah Ciliberti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport