Saturday, December 14, 2024

Jinżamm arrestat il-Kolumbjan b’rabta mal-każ tar-raġel li nstab maqtul f’bagalja … wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih

Aqra wkoll

Fil-Qorti dalgħodu, b’rabta mal-każ tar-raġel li nstab maqtul f’bagalja fil-baħar fl-inħawi ta’ Tas-Sliema, il-Pulizija ressqet lil Kolumbjan ta’ 43 sena residenti l-Imsida.

Quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia, Anzdreas Leonardo Gamboa Duran ġie akkużatt b’organizzazjoni kriminali, b’ħabi ta’ katavru, li pprova jaħbi traċċi ta’ delitt u b’pussess aggravat.

Duran ġie akkużat ukoll bi traffikar ta’ drogi, b’assoċċjazzjoni biex tiġi ttraffikata d-droga u b’ħasil ta’ flus.

Min-naħa tagħha l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Avukati Kaylie Bonett u Dejan Darmanin mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispetturi Kurt Colombo Zahra u Wayne Camilleri, spejgat li fid-9 ta’ Diċembru, il-Pulizija rċivew rapport li ntlemħet bagalja fil-baħar minn minorenni li kien fuq paddle boat. Il-bagalja nġarret lejn l-art u xi barranin fetħuha fejn sabu fdalijiet ta’ bniedem.

Ġie spjegat li wara r-rapport, il-bagalja nġabret minn fuq il-post u ttieħdet għall-kamra mortwarja. Ingħad li mit-testijiet u riċerki illi saru fuq il-vittma, instab li l-idejn u s-saqajn tal-vittma kienu maqtugħin u mdeffsa fil-bagalja.

Il-Prosekuzzjoni spejgat ukoll li minn investigazzjonijiet li saru, irriżulta li l- bagalja li nstab fiha l-vittma u l-mazza kienu nxtraw minn ħanut San Ġwann. Ingħad li l-Pulizija waslet għall-akkużat minn irċevuta li kien hemm tal-istess bagalja li nxtrat.

Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll li waqt li l-akkużat kien qed jiġi interrogat, dan ammetta l-involviment tiegħu b’rabta ma’ din is-sejba. Id-Difiża mmexxija mill-Avukat Yanika Barbara Sant ma kkontestatx l-arrest u qalet li l-akkużat kien qed iwieġeb mhux ħati. Huwa baqa’ miżmum taħt arrest bil-Maġistrat Farrugia ordnat ukoll l-iffriżar tal-assi tiegħu.

9:47 a.m- Il-vittma kien liebes biss ħarqa tal-adulti … saqajh u idejh instabu maqtugħin

Waqt l-istess konferenza li kienett indirizzata mill-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Keith Arnaud u spetturi oħrajn, ħareġ li l-vittma li nstab mejjet f’Tas-Sliema kien liebes biss ħarqa tal-adulti u kellu saqajh u idejh maqtugħin fil-bagalja li nstab fiha.

8:40 a.m- Il-Kolumbjan akkużat bil-qtil tar-raġel li nstab maqtul f’bagalja se jitressaq il-Qorti fil-ħin li ġej

Waqt il-konferenza mill-Assistent Kummissarju Keith Arnaud, ingħad li l-Pulizija se tressaq Kolumbjan ta’ 43 sena u takkużah bil-qtil tar-raġel li nstab maqtul f’bagalja fil-baħar fl-inħawi ta’ Tas-Sliema.

Ingħad ukoll li l-Kolumbjan ġie arrestat f’appartament fl-Imsida fit-12 ta’ Diċembru li għadda. Miegħu kien arrestat Portugiż ta’ 39 sena li kien jgħix miegħu.

L-awtopsja fuq il-katavru sabet li l-vittma ġie fgat u li fl-istonku tiegħu nstabu mal-101 pillola bil-kokaina.

Aktar kmieni: Il-Pulizija b’konferenza b’rabta ma’ katavru li nstab f’bagalja fil-baħar

Minn hawn u ftit tal-ħin ieħor, il-Pulizija se tkun qed ttella konferenza tal-aħbarjiet fid-Depot il-Furjana, fejn fiha se tkun qed tindirizza s-suġġett b’rabta mar-raġel Kolumbjan ta’ 43 sena arrestat b’rabta mas-sejba makabra ta’ raġel ieħor li nstab imqatta’ f’bagalja f’Tas-Sliema.

Kien propju t-Tnejn li għadda għall-ħabta tas-1:30 p.m, meta l-Pulizija kienet sabet bagalja suspettuża fil-baħar ’il barra mix-xatt ta’ Tas-Sliema li fiha kien hemm fdalijiet imqattgħin ta’ katavru

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija u l-inkjesta maġisterjali f’dan il-każ għadhom għaddejjin.

Akttar aġġornamenti mal-ħin.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport