Sunday, December 22, 2024

Jinżamm arrestat l-Albaniż mixli bi qtil doppju u każ ta’ ħruq fil-Greċja

Aqra wkoll

L-Albaniż ta’ 36 sena li dagħlodu tressaq il-Qorti dwar delitt doppju u każ ta’ ħruq fil-Greċja nżamm arrestat.

Ledjon Brakaj li joqgħod Wied il-Għajn ġie arrestat mill-Pulizija Maltija mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali permezz ta’ mandat t’arrest Ewropew maħruġ fuq talba tal-awtoritajiet tal-Greċja.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-imputat fera anzjana kif ukoll in-neputi tagħha wara li daħal biex jisraqhom. Huwa beda jagħtihom daqqiet ta’ ponn tant li spiċċa qatilhom. Intqal ukoll, li allegatament dawwar xi ħwejjeġ mal-vittmi u tahom in-nar. Huwa mbagħad seraq madwar €780,000 f’oġġetti ta’ valur u flus kontanti.

Ir-raġel inqabad wara li l-marki tas-swaba’ tiegħu qablu ma’ dawk li bagħtu l-awtoritajiet Griegi. L-akkużat ma wiġibx għall-mistoqsijiet li sarulu iżda għażel li jibqa’ sieket.

Id-difiża, li kienet immexxija mill-avukat Franco Debono saħqet li din il-prova ma ġietx ippreżentata quddiem il-Qorti u li għalhekk l-istess Qorti ma tistax toqgħod fuq dawn l-allegati provi.

F’dan l-istadju, id-difiża ma talbitx li l-akkużat jingħata l-libertà provviżorja.

Ekonomija

Sport