Raġel ta’ 38 sena minn Borma ġie mixli li wettaq vjolenza domestika fuq is-sieħba tiegħu. Hu kien mixli wkoll li jumejn ilu f’Borma hedded lis-sieħba, li ħebb għaliha u li kissrilha l-mobile.
Il-pulizija akkużaw lil Stefan Montebello li wkoll kiser il-paċi pubblika u li kiser kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti li bihom ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq każ separat.
Għal dawn l-akkużi, Montebello wieġeb mhux ħati, filwaqt li l-Maġistrat Edwina Grima ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat li biex jibqa’ jinżamm arrestat fil-ħabs ta’ Kordin.