Thursday, April 9, 2026

Jinżamm arrestat wara li allegatament inqabad bid-droga qrib l-Isptar San Luqa

Aqra wkoll

Kyle Pace ta’ 23 sena mill-Belt Vellatta baqa’ jinżamm arrestatwara li l-pulzija allegatament qabditu bi 52 pakkett qartas droga kokajina, eroina u kannabis.

L-imputat ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih. 

Il-prosekuzzjoni qalet fil-Qorti, li għall-ħabta tal-10.00am, uffiċjali tal-pulizija kienu qed iwettqu sorveljanza fl-inħawi tal-Isptar San Luqa, fejn innutaw raġel f’vettura li qajjem suspett li seta’ kien involut fit-traffikar tad-droga fl-istess żona.

Wara tfittxija fuqu u fil-vettura tiegħu, il-pulizija sabu madwar 30 gramma droga maqsuma fi 52 qartas, b’sustanzi suspettati kokaina, eroina u kannabis, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.

Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest bil-prosekuzzjoni toġġerzzjoni. Wara li semgħet liż-żewġ naħat, il-Qorti ċaħdet it-talba minħabba l-fatt li l-proċeduri jinsabu fi stadju bikri u li l-fedina penali ta’ Pace mhijiex waħda netta.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Mark Mercieca flimkien mal-Avukat Valentina Cassar filwaqt li Pace kien rappreżentat mill-Avukat Amadeus Cachia.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport