Sunday, October 27, 2024

Jinżamm arrestat wara li allegatament kien Paceville meta suppost kien id-dar

Aqra wkoll

Mahmoud Mustafa Mohammed Aldabah ta’ sitta u għoxrin sena mil-Libja nżamm taħt arrest, wara li ġie mixli li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti.

Il-prosekuzzjoni spjegat kif il-Pulizija lemħet lill-imputat waqt li kienet għaddejja b’ronda f’Paceville. Il-pulizija kienu jafu kif jidher minħabba li dan jiffirma fl-għassa.

Huwa mifhmum illi l-imputat daħal jistaħba fl-istabbiliment fejn kien qiegħed malli lemaħ lill-Pulizija, iżda xorta waħda nstab. Intqal ukoll li din hija t-tieni darba din is-sena li ġie mixli bi ksur ta’ kundizzjonijiet tal-Qorti.

It-tieni każ tal-akkużat jmur lura sena ilu, fejn huwa kien mixli li wara li ħabat bil-karozza attakka l-mara u r-raġel li kienu qed isuqu l-karozza l-oħra.

Id-difiża ma talbitx għall-ġelsien mill-arrest, u għalhekk inżamm arrestat.

Sport