Thursday, December 26, 2024

Jinżamm arrestat wara li ammetta li meta kien fil-ħabs hedded infermiera u qalilha li se joqtolha

Aqra wkoll

Raġel ta’ 50 sena residenti Ħal Tarxien nżamm arrestat wara li fil-Qorti, ammetta li hedded infermiera fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, hekk kif waqt li ken qed jiskonta sentenza l-ħabs, huwa ffissa fuqha.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li darba minnhom il-vittma rrifjutat li tara lill-akkużat u li meta għamlet hekk, dan xerred il-kelma ma’ sħabu l-priġunieri li kellu relazzjoni sesswali magħha.

Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll li meta l-akkużat ħareġ mill-ħabs, dan lill-vittma quddiem il-kanċell tal-ħabs u heddidha li kien se joqtolha. Ingħad ukoll li l-istess theddid ta’ qtil wettqu jumejn wara, hekk kif ċempel fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u lill-kollegi tagħha qalilhom li jekk jaraha ħierġa mix-xogħol kien se joqtolha.

Wara li semgħet s-sottomissjonijiet, il-Qorti preseduta mill-Maġistat Abigail Critien qalet li s-sentenza se tkun qegħda tingħata f’Ġunju li ġej. Intant hija talbet sabiex għalissa l-akkużat jinżamm arrestat, hekk kif bħalissa dan ma għandu residenza fiss fejn joqgħod.

Ekonomija

Sport