Saturday, December 14, 2024

Jinżamm arrestat wara li fl-appartament tiegħu nstabu b’54kg droga b’valur ta’ €880,000

Aqra wkoll

Santo Arena ta’ 48 sena minn Katanja, iżda residenti San Pawl il-Baħar baqa’ jinżamm arrestat wara li wieġeb hux ħati għall-akkuża li kellu fil-pussess tiegħu madwar 54 kilogramma kannabis b’valur ta’ madwar €880,000.

Hu ġie akkużat ukoll bi traffikar tal-kannabis li skont il-Prosekutur l-Ispettur Mark Anthony Mercieca nstabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.

L-Ispettur Mercieca qal li fl-aħħar ġimgħat il-pulizija kienet qed tagħmel xi spezzjonijiet f’appartamenti f’San Pawl il-Baħar. qal li meta marru fuq il-post sabu lill-akkużat flimkien ma’ familtu u wara li saret tfittxija fl-appartament nstabu diversi pakketti mdaqqsin, li allegatament kien fihom il-kannabis.

L-avukat tad-difiża, Dr Mario Mifsud, ma kkontestax il-valididtà tal-arrest.

Il-Maġistrat tal-Għassa Gianella Camilleri Busuttil, laqgħet it-talba tal-Prosekuzzjoni għall-iffriżar tal-assi tal-imputat. Il-Qorti ssekwestrat il-flus u l-proprjetà kollha tal-imputat filwaqt li ordnat li jibqa’ jinżamm arrestat.

Ekonomija

Sport