Raġel ta’ 34 sena mill-Pakistan kien akkużat li saq taxi mingħajr liċenja u permess li jġorr il-passiġġieri.
Gardezi Syed Ayan Ali kien arrestat dalgħodu għall-ħabta tas-7:00 a.m f’San Ġiljan minn uffiċjali ta’ Transport Malta. Il-prosekuzzjoni qalet li l-akkużat kien diġà mwissi mill-Pulizija biex ma jagħmilx dan ir-reat u għalhekk kien arrestat wara li injora l-ewwel twissija. Barra minn hekk huwa kien qiegħed isuq mingħajr ma kien kopert minn polza tal-assigurazzjoni dwar ir-riskji għal terzi persuni.
Ali wieġeb mhux ħati u d-difiża talbet għall ħelsien mill-arrest waqt li l-prosekuzzjoni oġġezzjonat.
Il-Maġistrat Rachel Montebello ċaħditlu t-talba anke minħabba li m’għandux indirizz fiss f’Malta.