Sunday, December 22, 2024

Jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li seraq

Aqra wkoll

Raġel ta’ 31 sena residenti Kerċem, Għawdex, inżamm arrestat wara li ġie akkużat li seraq.

Hu ġie akkużat li llum, għall-ħabta tat-3.00a.m., fi Triq ix-Xagħri, Kerċem, Għawdex, ikkommetta serq aggravat waqt perjodu ta’ sentenza sospiża u li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.

Ir-raġel ġie akkużat ukoll li kiser ordni ta’ trattament u li renda ruħu reċediv.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u nżamm taħt arrest.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.

Ekonomija

Sport