Rosario Caruso, Sqalli ta’ 48 sena, residenti l-Gżira, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li kellu 15-il gramma ta’ droga li hija suspettata li kienet għall-użu tat-traffikar.
Wara li ġie arrestat nhar il-Ġimgħa li għadda, saret tfittxija fir-residenza, kif ukoll fil-vettura tiegħu, fejn instabu 15-il gramma ta’ kokaina u madwar €3,000 fi flus kontanti.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest iżda din ġiet miċħuda mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech peress li mhuwiex persuna affidabbli u minħabba li ma tafdax li huwa joqgħod għall-kundizzjonijiet li jsirulu.