Monday, July 7, 2025

Jinżamm arrestat wara li ġie mixli li seraq għodda minn każin tal-banda

Aqra wkoll

Tarquin Vella ta’ 34 sena residenti Ħal Kirkop, baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li seaq għodda mill-Każin tal-Banda ta’ San Leonardu, f’Ħal Kirkop. Fil-Qorti ntqal li b’kollox il-valur tal-għodda misruqa kienet ta’ madwar €3,500.

Wara li sar rapport dwar is-serqa, il-Pulizija analizzat kameras tas-sigurtà u ġie osservat vann li kien irreġistrat fuq raġel ieħor, iżda kien qiegħed jintuża mill-imputat.

Vella, li jaħdem fil-kostruzzjoni, qed ikun mixli b’serq, li għamel dan ir-reat waqt sentenza sospiża, li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti fl-2023 u li hu riċediv. 

Hu ċaħad l-akkużi kollha kontrih.

Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest fejn qalet li l-imputat jixtieq jibda programm biex jiġġieled il-vizzju tad-droga, din it-talba sabet l-oppożizzjoni tal-Prosekuzzjoni.

Il-Qorti wara li semgħet liż-żewġ naħat qalet li kienet qiegħda tiċħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest, u sakemm idum il-ħabs għandu jingħata l-għajnuna li għandu bżonn.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport