Raġel ta’ 35 sena residenti Ħal Qorti tressaq il-Qorti nhar is-Sibt li għadda fejn ġie akkużat li seraq xi oġġetti minn żewġt iħwienet f’Ħal Qormi.
Quddiem il-Maġistrat Ingrid Bicanco, ir-raġel li qal li ma jaħdimx wieġeb mhux ħati.
Il-Prosekuzzjoni qalet quddiem il-Qorti li fost l-oġġetti misruqa kien hemm flixkun xorb li jiswa madwar €300 u żewġ pari żraben.
Il-Qorti ordnat li r-raġel jibqa’ jinżamm arrestat.
Id-difiża tmexxiet mill-avukat Martin Farrugia filwaqt li l-Avukat Neville Galea deher għall-uffiċju tal-Avukat Ġenerali.

