Abdoulie Doukoure ta’ 27 sena, mill-Guinea iżda residenti tal-Pietà baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq iil-Qorti fejn ġie mixli li traffika l-ħaxixa u li kien fil-pussess tagħha f’ċirkustanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.
L-akkużat li fil-Qorti wieġeb mhux ħati qal li jaħdem fil-qasam tal-kostruzzjoni.
Id-difiża qalet li mhux se tkun qiegħda titlob il-ħelsien mill-arrest tal-akkużat minħabba li m’għandux indirizz fiss fejn jgħix. Għalhekk il-Qorti ordnat li Doukoure jibqa’ jinżamm taħt arrest fil-Ħabs ta’ Kordin.