Thursday, October 10, 2024

Jinżamm arrestat wara li nqabad bid-droga waqt spezzjonijiet tat-traffiku f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Costantino Felice ta’ 36 sena minn Ħal Qormi nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli bil-pussess tad-droga kokaina. 

Huwa kien arrestat il-Ħamis, għall-ħabta tal-10.45 p.m., waqt spezzjonijiet tat-traffiku mir-Rapid Intervention Unit fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi.

Il-Pulizija kienu nnotaw Toyota IQ tieqaf ftit ‘il bogħod minnhom u s-sewwieq beda jaġixxi b’mod suspettuż. 

Minn tfittxija li saret fil-vettura nstabu diversi pakketti suspettati kokaina, oġġetti relatati mad-droga u ammont ta’ flus kontanti .

Felice tressaq quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia fejn wieġeb mhux ħati tal-akkuż miġjuba kontra tiegħu u saret talba għall-ħelsien mill-arrest.

Fil-Qorit ħareġ li kien instab pouch li kien fih €170 u madwar 60 pakkett bi qratas tal-kokiana li b’kollox jiżnu madwar 26 gramma. Il-Prosekuzzjoni qalet li dawn iċ-ċirkostanzi juru li d-droga kienet intenzjonata għat-traffikar.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat li Felice jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Sport