Sunday, November 24, 2024

Jinżamm arrestat wara li pprova jisraq fliexken tal-whiskey minn supermarket

Aqra wkoll

Żagħżugħ li allegatament inqabad jipprova jisraq fliexken tal-whiskey minn supermarket f’Santa Venera, inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu. 

Dawid Pawel Paruzel ta’ 29 sena residenti l-Gżira tressaq il-Qorti jumejn biss wara li wieġeb ħati f’kawża separata fejn ingħata sentenza sospiża. 

Ftit sigħat wara li ngħata s-sentenza, huwa ntlemaħ fuq il-kameras tas-sigurtà fis-supermarket Wellbees allegatament jieħu fliexken minn fuq l-ixkaffa u jdaħħalhom fil-basket tiegħu. 

Is-suspettat kien avviċinat minn ħaddiem fil-ħanut, li sa dak il-ħin kien allegatament laħaq ħa 10 fliexken. Il-pulizija ġew infurmati minnufih u ż-żagħżugħ kien arrestat fuq il-post. 

Huwa tressaq quddiem il-Maġstrat Ian Farrugia, fejn għall-ewwel kien se jammetti l-akkużi iżda mbagħad qal li kien se jwieġeb mhux ħati. Huwa nżamm taħt arrest preventiv. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Elisia Scicluna flimkien mal-Avukat Joseph Camilleri Azarov mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-Avukat Leontine Calleja dehret għall-imputat. 

Sport