Monday, December 9, 2024

Jinżamm arrestat wara li seraq minn ħanut f’Santa Venera

Aqra wkoll

Franklin Xerri ta’ 33 sena residenti Ħal Qormi wieġeb mhux ħati quddiem il-Maġistrat Joseph Gatt li fis-17 ta’ Frar li għadda, għall-ħabta tal-4.20pm wettaq serqa minn ħanut f’Santa Venera. FIl-Qorti, Xerri qal li ma jaħdimx.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat inqabad minn fuq il-kameras tas-sigurtà u ġie identifikat minn wiċċu għax ma kienx mgħotti. L-Ispettur Prosekutur qal li Xerri deher ħiereġ u dieħel mir-residenza tiegħu wara li allegatament kien għadu kemm wettaq serqa li fiha nsterqu aktar minn €2000.

FIl-Qorti ntqal li Xerri ġiegħel lill-ħaddiem tal-ħanut ta’ nazzjonalita barranija biex jagħtih il-flus jew inkella oġġetti oħrajn. Hu kien akkużat li fil-ħin tas-serqa kellu fuqu strument li jaqta’ u bil-ponta mingħajr liċenzja kif ukoll li kiser ordni ta’ probation mogħtija lilu f’Lulju tal-2023.

F’dan l-istadju d-difża ma talbiet il-ħelsien mill-arrest u għalhekk Xerri baqa’ jinżamm arrestat. Il-Maġistrat Gatt ħareġ ordni ordni ta’ protezzjoni għal sentejn favur il-vittma.

Ekonomija

Sport