Friday, November 15, 2024

Jinżamm arrestat wara li ta fastidju lil ommu

Aqra wkoll

Raġel ta’ 40 sena mill-Ħamruninżamm arrestat, wara li tressaq il-Qorti mixli li ta fastidju lil ommu, hekk kif dan allegatament darba minnhom mar quddiem il-bieb tad-dar tagħha jitlobha l-flus għad-droga.

Il-Pulizija spjegat li l-akkużat għandu problemi tad-droga u ta’ saħħa mental. Ingħad ukoll li quddiem il-Maġistrat Nadia Helen Vella għandu kawża oħra pendenti dwar vjolenza domestika fil-konfront ta’ ommu.

Il-Prosekuzzjoni spjegat kif l-imputat kien rikoverat fl-Isptar Monte Carmeli iżda li din il-ġimgħa reġgħa tfaċċa quddiem ir-residenza ta’ ommu. Ġie spjegat li l-imputat ġie rilaxxat mingħajr ma’ il-Pulziija kienu infurmati dwar dan mit-tobba

Fil-Qorti, ir-raġel wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Kien hawn fejn id-Difiża mmexxija mill-Avukat Yanika Barbara Sant qalet li mhux se tagħmel talba għall-ħelsien mill-arrest. L-Avukat Barbara Sant talbet sabiex l-imputat jingħata għajnuna minħabba l-problema tad-droga.

Hija talbet ukoll lid-Direttur tal-Ħabs biex l-imputat jinżamm fl-Isptar Monte Carmeli u jingħata t-trattament neċessarju bil-Qorti tilqa t-talbiet tad-Difiżia. Il-Qorti ħarġet ordni ta’ trattament fil-konfront tar-raġel u ordni ta’ protezzjoni favur ommu.

Ekonomija

Sport