Tuesday, December 24, 2024

Jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li kellu ammont ta’ kannabis u kokaina mhux għall-użu personali

Aqra wkoll

Eritrean ta’ 30 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li kmieni waranofsinhar tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat li kellu fil-pussess tiegħu droga tal-kannabis u kokaina. L-ammonti kienu indikazzjoni ċara li dawn ma kinux għall-użu personali tiegħu.

L-akkużat ma ried iwieġeb għall-ebda domanda li saret mill-Qorti tant li f’ħin minnhom anke keċċa lil tradittur minn ħdejn.

Hohob Stefanus tressaq il-Qorti mill-Ispettur Brian Xuereb u mill-ewwel qal li l-akkużat m’għandux jingħata l-ħelsien mill-arrest fost l-oħrajn minħabba l-gravità tal-akkużi u anke minħabba li m’għandux rabtiet ma’ pajjiżna.

L-imġieba ta’ Stefanus xejn ma kienet sabiħa fil-Qorti, tant li anke l-avukata tal-għajnuna legali li kellu ma rneixxilix titkellem miegħu minkejja li pprovat tgħinu.

Il-Maġistrat Elaine Mercieca li quddiem tressaq l-Eritrean qalet li anke minħabba l-imġieba tiegħu fl-awla se tkun qiegħda tordna li jibqa’ jinżamm arrestat minħabba li ma hemm l-ebda garanzija li se jimxi mal-kundizzjonijiet imposti mill-Qorti.

Ekonomija

Sport