Saturday, July 20, 2024

Jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti fuq pakkett li kien fih il-kokaina

Aqra wkoll

Raġel mill-Ingilterra u li għandu 32 sena inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li fil-jiem li għaddew ġabar pakkett li kien fih kilo kokaina.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-ispettur Jonathan Pace u John Leigh Howard spjegat li l-imputat, Carl George Thomas Challinor, irċieva pakkett minn barra.

Ġie spjegat li l-Pulizija rċeviet informazzjoni li l-posta rċeviet pakkett suspettuż, liema pakkett kellu jasal f’residenza f’San Pawl il-Baħar. Ingħad li l-Pulizija ġabet l-awtorizzazzjoni tal-Maġistrat u wasslet dan il-pakkett.

L-Ispettur Pace spjega kif meta l-Pulizija marret bil-pakkett, ir-raġel ippreżenta liċenzja tas-sewqan falza taħt isem falz, Peter Hughes.

Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, l-akkużat wieġeb li mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bid-Difiża mmexxija mill-avukati Marion Camilleri u Franco Debono ma tagħmel ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport