Sunday, December 22, 2024

Jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti fuq tliet serqiet

Aqra wkoll

Raġel ta’ 38 sena residenti Ħaż-Żebbuġ inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti b’rabta ma’ tliet serqiet minn siti reliġjużi fis-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ. 

Minn investigazzjonijiet intensivi li saru mill-Pulizija tad-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, bl-assistenza tal-Pulizija ta’ Ħal Qormi, irriżulta li r-raġel sgassa santwarju u kappella fejn minnhom seraq diversi oġġetti u flus kontanti. Huwa seraq ukoll flus minn kaxxa tad-donazzjonijiet ta’ statwa. 

Ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. 

Ekonomija

Sport