Thursday, November 21, 2024

Jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli bi traffikar ta’ kokaina

Aqra wkoll

Raġel ta’ 44 sena residenti San Pawl il-Baħar inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar ta’ kokaina u li naqas milli jħares il-kundizzjonijiet mogħtija lilu mill-Qorti

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi John Leigh Howard u Jonathan Pace spjegat li l-każ seħħ aktar kmeini din il-ġimgħa u li l-Pulizija waslitliha informazzjoni li kien hemm persuna involut ma’ traffikar tal-kokaina.

Minn tfittxija illi saret fil-garaxx u fir-residenza tal-akkużat, instab li kien hemm sustanza bajda suspettata kokaina, sustanza tal-kannabiż, boroż u imwieżen. Fit-tfittxija nstabu wkoll €27,000 fi flus kontanti, arloġġi tad-deheb u ċrieket. Ingħad li wara t-tfittxija, l-akkużat inżamm arrestat

Meta mistoqsi mill-Pulizija, l-akkużat spjega li ġieli għamel bejgħ ta’ droga biex jipprova jaqta’ l-vizzju. L-ispetturi spejgaw ukoll li meta l-Pulziija saqswe lill-akkużat jekk ġieli fittex għajnuna għall-vizzju, huwa qalilhom li kemm il-darba pprova joħroġ minnu u li ħabba l-istess raġuni jispiċċa ma jħaddmu ħadd.

Id-Difiża mmexxija mill-Avukat Josette Sultana għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu, liema talba ġiet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni, bir-raġuni li għalkemm m’hemmx xhieda pajżana, il-każ huwa kkunsidrat bħala wieħed gravi.

Il-Maġistrat Jean Paul Grech li pproseda l-każ, ċaħad it-talba għall-ħelsen mill-arrest.Il-Qorti rrakkomandat lid-direttur tal-ħabs biex l-imputat jingħata kull għajnuna neċessarja għall-vizzju tad-droga.

Sport