Thursday, December 26, 2024

Jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li stupra t-tifla tal-eks sieħba

Aqra wkoll

Raġel ta’ 39 sena residenti s-Swieqi nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli bi strupru tat-tifla tal-eks sieħba tiegħu, li għandha 15-il sena.

Quddiem il-Maġistrat Victor Axiak, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Wayne Buhagiar flimkien mal-Avukati Cynthia Tomasuolo u Jennifer Polidano f’isem l-Avukat Generali, spjegat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali li nfurmat lit-Taqsima ta’ kontra l-vizzji dwar l-allegat stupru.

Ġie spjegat kif l-minuri spjegat li l-abbuż beda fl-2016. Fil-Qorti tressqu diversi xhieda fosthom ġinekologu maħtur mill-Qorti. Xehdu wkoll omm u missier, li min-naħa tagħhom sostnew li jemmnu l-verżjoni tat-tifla.

Fil-Qorti, id-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet miċħuda mill-Prosekuzzjoni bir-raġuni li għad fadal xi xhieda x’jixhdu u minħabba n-natura tar-reat.

Kien hawn, fejn id-Difiża qalet li l-vittma, kif ukoll il-ġenituri tagħha diġà xehdu fl-inkjesta u li għalhekk l-akkużat m’għandux jinżamm arrestat. Wara li semgħet s-sottomissjonijiet, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Viktor Axaik orndat li l-akkużat jinżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-minuri, ommha u missierha.

Id-Difiża f’dan il-każ tmexxiet mill-Avukati Micheala Giglio u Mattea Giglio. Għall-vittma dehru l-Avukati Arthur Azzopardi u Jacob Magri.

Ekonomija

Sport