Raġel ta’ 39 sena tressaq il-Qorti b’arrest u kien akkużat li kkaġuna ġrieħi gravi, wettaq serq ta’ flus kontanti u b’serq ta’ vettura, fost akkużi oħra, f’każijiet separati f’Bormla, Ħaż-Żabbar u fil-Furjana.
Huwa m’ammettiex l-akkużi miġjuba kontrih u nżamm taħt arrest.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Kurt Farrugia u Gabriel Micallef.