Monday, November 4, 2024

Jinżamm arrestat wara li xeħet ġebel lejn djar tan-nies u laqat karozza fil-Marsa

Aqra wkoll

Abukar Hazzan Osman, Somalu ta’ 39 sena li qal li jgħix Ħal Luqa baqa’ jinżamm arrestat wara li kien mixli li fil-Marsa xeħet ġebel lejn xi nies u djar kif ukoll li laqat karozza ta’ avukat u kkaġunalha mijiet ta’ ewro fi ħsara.

Is-Somalu kien mixli wkoll li ħebb għal tliet persuni, li hedded u insulenta Somalu ieħor kif ukoll xeħet ġebel lejn il-vittmi tiegħu.

Għalkemm saret talba għall-ħelsien mill-arrest, il-Maġistrata Caroline Farrugia Frendo ċaħdet it-talba.

Wara li l-Avukat Joe Brincat, bħala l-parte civile, informa lill-Maġistrat Farrugia Frendo li kien konxju tal-problemi mentali tal-akkużat, hija ddeċidiet li Osman jinżamm fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Karmeli.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Ian Vella waqt li l-Avukat David Bonello qed jiddefendi lill-akkużat.

Sport