Monday, November 3, 2025

Jinżammu arrestati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga 

Aqra wkoll

Raġel ta’ 28 sena mill-Imsida u mara ta’ 26 sena reidenti s-Siġġiewi tressqu l-Qorti b’rabta ma’ traffikar ta’ droga. 

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ fil-jiem li għaddew, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga kienet qiegħda tagħmela xi ronda fil-Gżira. Ingħad li l-Pulizija nnutaw vettura ddur b’mod suspettuż.

Ġie spjegat kif l-Pulzija bdiet tinnota li kien hemm xi nies mal-karozzal i keinu qed inewwlu xi affarijeit lix-xufier. Ġara li meta l-Pulzija ppruvaw jipparkjaw quddiem il-vettura tal-imputat biex ma’ jsuqx, dan pprova jsuq għal karozzi li kien hekkk ipparkjati. 

Minn tfittxija illi saret mill-Pulzija fil-karozza tal-imputat, instab li kien hemm mal-24 qartas ta’ droga suspettata li kienet kokaina. Fil-Qorti, ħareġ li l-imputat u l-mara li kien hemm miegħu ma’ jaħdmux u li huma stess ammettw li kellhom problema ta’ droga. 

Quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea li pprosediet il-każ, iż-żewġ imputati wieġbu li mhumiex ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom, bid-Difiża mmexxija mill-Avukati Charles Mercieca u Yanica Barbara Sant tagħmel talba għall-ħelsien mill-arrest. 

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet tad-Difiża u tal-Prosekuzzjoni, il-Maġistrat Galea ordnat sabiex ir-raġel u l-mara jinżammu arrestati t-tnejn li huma. Il-Maġistrat Galea sostniet li filwaqt li tifhem il-problema tal-vizzju tad-droga, ma tistax tinjora li ma jaħdmux u diffiċli għalihom biex jagħmlu depożitu u jħarsu l-kundizzjonijiet li timponi fuqhom il-Qorti.

Il-Maġistrat Galea issuġġeriet lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex jagħtihom l-għajnuna kollha meħtieġa biex jindirizzaw il-vizzju tad-droga.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport