Monday, June 23, 2025

Jinżammu arrestati wara li ġew mixlija li ttraffikaw nofs kilo eroina

Aqra wkoll

Melvin Muscat ta’ 39 sena u Christopher Scerri ta’ 46 sena nhar is-Sibt tressqu l-Qorti fejn ġew akkużati li l-Ġimgħa traffikaw nofs kilo droga eroina.

Il-Prosekuzzjoni akkużat ukoll lil Muscat li sar karozza b’mod perikoluż u li m’obdiex l-ordnijiet tal-puliizja. Hu ġie akkużat ukoll li wettaq dan ir-reat waqt perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża u għalhekk sar reċediv.

Min-naħa tiegħu Christopher Scerri wkoll ġie akkużat li b’dan ir-reat sar reċediv u li żamm f’xi post fil-pussess tiegħu arma tan-nar jew munizzjon mingħajr liċenzja. 

Il-Qorti ordnat li jibqgħu jinżammu arrestati.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport