Żewġ studenti ta’ 23 sena mill-Ekwador nżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti mixlija li ħebbew għal uffiċjal tal-Pulizija f’Paceville.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li ż-żagħżagħ kienu qed iserrħu ma’ karozza tal-Pulizija. Jirriżulta li meta kien hemm uffiċċjal tal-Pulziija pajżan li mar fuqhom biex ma jserrħux mal-karozza, allegatament dawn ħebbew għalih.
Intqal ukoll li minkejja li nġibdet l-attenzjoni li dan ġara minkejja li ż-żgħażagħ ġew infurmati mill-uffiċċjali pajżana li huma kienu Pulizija u kienu xogħol.
Fl-awla, quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo, iż-żgħażagħ wieġbu li mhumiex ħatja. Il-Maġistrat Bartolo ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest, u l-imputati nżammu arrestati.