Ilejla Martin Farrugia ta’ 45 sena li joqgħod ir-Rabat u li jaħdem fil-kostruzzjoni u Henriette Cassar ta’ 49 sena li toqgħod Ħaż-Żebbuġ tressqu l-Qorti b’arrest quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella.
Fost oħrajn huma qegħdin jiġu akkużati li ffrodew mal-€4.2 miljun. Cassar qed jiġi akkużat ukoll li ma kinitx tiddikjara d-dħul mal-uffiċċju tat-taxxa.
L-Ispettur Joseph Scerri li qed imexxi l-Prosekuzzjoni qal li fl-2021 id-Dipartiment tar-Reati Finanzjarji kien irċieva rapport mid-Dipartiment tal-VAT fejn kien qed ikun allegat li Martin Farrugia kien qed jevadi t-taxxa.
Hu kompla jgħid li meta bdiet l-investigazzjoni kien jidher ċar li kien hemm diskrepanzi f’dak li kien qed jiddikjara Martin ma’ dak li kien fil-verità jaqla. Kien minn hawn li ħareġ li hemm allegat ta’ fordi ta’ €4.2 miljun fuq VAT.
L-investigazzjoni irriżultaw li matul dan il-perjodu ġew iddepożitati fil-bankarju tiegħu €960,000.
Dwar l-akkużi ta’ Henriette Cassar li tul is-seduta dehret emozzjonata tant li bdiet titlob tazza ilma għax assitha ma tiflahx, L-Ispettur Scerri qal li li fil-kontijiet bankarji tagħha fl-aħħar tlett snin ddepożitat €150,000 , iżda ma kienx hemm dikjarazzjoni tagħhom.
Saret it-talba għal ħelsien mill-arrest liema talba sabet oppożizzjoni kbira mill-prosekuzzjoni. Min-naħa tiegħu l-avukat difensur ta’ Cassar, Franco Debono qed jargumenta li l-klijenta tiegħu qatt ma kien il-ħabs u qatt ma nstabet ħatja lanqas fuq ċitazzjoni.
L-avukat difensur baqa’ jinsisti li jingħataw il-ħelsien mill-arrest, għax skont hu hemm aktar persuni arrestati u dawn jistgħu jingħataw il-police bail.
Hu argumenta li l-klijenta tiegħu se tidher għas-seduti kollha u peress li l-allegat vittmi huma uffiċjali pubbliċi fosthom il-Kummissarju tat-Taxxa… allura hu ftit diffiċli biex ikollha kuntatt miegħu.
Minkejja dan l-Maġistrat ċaħdet it-talba tal-ħelsien mill-arrest.