Il-Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-aħħar jiem kienu impenjati biex isalvaw il-ħajjiet ta’ persuni li nqabdu fin-nirien, persuna li spiċċa f’diffikultà ta’ mobbiltà wara li waqa’ fuq il-blat u min jaf kemm każi oħrajn li ma jinxterdux fil-midja.
L-aktar riċenti kien salvataġġ ta’ qattus li spiċċa f’bir fix-Xewkija Għawdex. L-uffiċjali Għawdxin marru minnufih fil-post u wara li kkordinaw l-għodda neċessarja, wieħed mill-uffiċjali niżel fil-bir u tella’ l-qattus.
Dan is-sit ma jieqaf qatt jirringrazzja lil dawn l-uffiċjali u ħafna oħrajn li ta’ kuljum jagħtuna servizz li jista’ jsalvalna ħajjitna u dik tal-aktar għeżież tagħna.