Jonqsu wkoll dawk ifittxu impjieg f’Għawdex
Ċifri maħruġin mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’Marzu li għadda, l-għadd ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu għal 1,008 persuni.
Iċ-ċifri pprovduti mill-aġenzija tax-xogħol Jobsplus juru li tul Marzu, il-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’1,379, minn 2,387 f’Marzu tal-2021 għal 1,008 f’Marzu ta’ din is-sena. It-tnaqqis ta’ persuni jfittxu x-xogħol seħħ ukoll f’Għawdex hekk kif dawk qegħda niżlu minn 179 għal 115-il persuna.
Skont l-istess ċifri l-qgħad naqas fost l-etajiet kollha kemm għall-irġiel u kif ukoll għan-nisa
Imqabbel ma’ Marzu tas-sena li għaddiet, dawk li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol inqas minn 21 ġimgħa u dawk li kienu ilhom bla xogħol bejn 21 u 52 ġimgħa raw tnaqqis sostanzjali fil-qgħad. Kien irreġistrat tnaqqis ukoll fost dawk li kienu ilhom qegħda aktar minn sena.
L-għadd ta’ persuni b’diżabbiltà jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’erbgħa biex issa hemm 256 persuna b’diżabilità jfittxu impjieg.