Friday, December 20, 2024

Jippreżenta n-nomina biex ikun kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali f’isem il-PL fuq il-5 distrett

Aqra wkoll

Is-Sindku tal-Imqabba, Omar Farrugia, illum għadu kif ippreżenta n-nomina tiegħu għall-approvazzjoni tal-Eżekuttiv biex ikun kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali f’isem il-Partit Laburista fuq il-Ħames Distrett.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali huwa qal li matul dawn l-aħħar ġimgħat kienu bosta dawk il-persuni li avviċinawh biex jikkunsidra l-pass li jmiss.

Huwa rringrazzja lill-Prim Ministru Robert Abela tal-fiduċja tiegħu li nkoraġġih jieħu din id-deċiżjoni.

Farrugia rringrazzja wkoll lill-Perit Karmenu Vella, lill-Ministru Ian Borg u lill-Membru Parlamentari Jonathan Attarrd tar-rakkomandazzjoni tagħhom fuq in-nomina tiegħu.

Temm jgħid li jħares ‘il quddiem biex ix-xogħol li qed jagħmel f’raħal twelidu l-Imqabba, ikun jista’ jkompli jkattru fil-bqija tal-Ħames Distrett.

Ekonomija

Sport