Thursday, March 28, 2024

Jipprotestataw f’mixja kulturali biswit il-Bajja ta’ Wied il-Għajn

Aqra wkoll

Għexieren ta’ residenti Skalin u ċittadini pparteċipaw f’mixja kulturali madwar il-Bajja ta’ Wied il-Għajn li saret il-Ħadd filgħodu.

Il-mixja ġiet organizzata fil-kuntest ta’ pjanijiet minn Transport Malta sabiex il-Bajja ta’ Wied il-Għajn tinbidel f’Yacht Marina li skont dawk li attendew se tkun qiegħda toħnoq il-baħar u x-xatt kif ukoll ixxekkel l-attivitajiet soċjali u kulturali f’Wied il-Għajn. 

Waqt waqfiet qosra madwar din il-bajja fil-qalba tal-lokalità, il-Perit Ruben Abela, President tal-għaqda Wirt iż-Żejtun, irrakkonta ġrajjiet importanti, wera siti storiċi u għadda informazzjoni ta’ valur soċjo-kulturali. 

Ekonomija

Sport