Thursday, December 25, 2025

Jipprotestaw b’qawwa fit-Tuneżija… attivista sewda tidher għall-ewwel darba quddiem il-Qorti

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat għadd ta’ dimostranti nġabru barra l-Qorti f’Tuneż, iżommu banners li jgħidu “Is-Solidarjetà mhix att kriinali”. Huma kellhom ukoll ritratti li jikkundannaw il-kriminalizzazzjoni tax-xogħol ċivili, hekk kif Saadia Mosbah dehret quddiem il-qorti għall-ewwel seduta tagħha. Qraba, organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, u gruppi tas-soċjetà ċivili inġabru b’appoġġ għall-attivista sewda u l-kap tal-NGO kontra r-razziżmu M’nemty. Mosbah ilha detenuta minn Mejju tas-sena 2024 fuq akkużi li jinkludu ħasil ta’ flus u faċilitazzjoni biex immigranti jinżammu fit-Tuneżija b’mod illegali.

Screenshot

Gruppi tad-drittijiet tal-bniedem bħal Amnesty International u Human Rights Watch jiddeskrivu l-każ bħala bla bażi u  ta’ repressjoni fuq is-soċjetà ċivili. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport