Sunday, November 24, 2024

Jipprotestaw kontra l-ilbies tal-maskri fl-iskejjel

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Protesta li żvolġiet aktar kmieni dalgħodu fil-Belt Valletta rat grupp ta’ persuni jitolbu lill-awtoritajiet biex il-maskra ma tkunx mandatorja fl-iskejjel.

Kelliema li tkellmu waqt din il-protesta sostnew li pajjiżna m’hawnx emerġenza nazzjonali u li mhux biss ma kienx hawn tfal li mietu kawża tal-pandemija, iżda issa li l-programm tat-tilqim baqa’ miexi tajjeb, l-adulti f’pajjiżna huma mlaqqmin ukoll. 

Dan il-grupp uża l-istabbilimenti bħala paragun u staqsa għalfejn f’postijiet bħalma huma ristoranti tista’ titneħħa l-maskra filwaqt li fl-iskejjel it-tfal qegħdin jintalbu jibqgħu biha għal madwar sitt sigħat. Żiedu jgħidu li dawn is-sigħat bil-maskra se jkunu ta’ ħsara aktar milli ta’ ġid għall-istudenti u fost raġunijiet li taw qalu li l-maskra se twassal għal problemi respiratorji u problemi fil-ġidla bħalma huma ponot.

Intant huma appellaw lill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci biex jisimgħu l-karba tagħhom.

Sport