Sunday, December 22, 2024

Jipprotestaw kontra l-impjant tat-tarmak fl-Imqabba

Aqra wkoll

Residenti mill-Qrendi, l-Imqabba, iż-Żurrieq u s-Siġġiewi ngħaqdu flimkien biex jipprotestaw kontra pjanijiet għar-rilokazzjoni ta’ impjant tat-tarmak minn żona industrijali f’Ħal Far għall-Imqabba, f’distanza ta’ 500 metru mill-eqreb residenza.

Liza Micallef mill-Qrendi, qalet li r-residenti kellhom jipprotestaw sabiex jiddefendu d-dritt bażiku tagħhom għal arja nadifa. Hija staqsiet dwar x’loġika hemm wara r-rilokazzjoni ta’ dan l-impjant minn żona industrijali għal żona residenzjali.

Micallef appellat lill-aġenzija Project Green sabiex tħares lejn din il-kwistjoni u tiżgura li l-pulmun aħdar f’din iż-żona tinżamm. Dan filwaqt li saħqet li dan l-impjant se jkollu wkoll fuq l-agrikoltura tal-madwar.

Micallef temmet tirringrazzja lill-Kunsilli Lokali rispettivi talli qed joġġezzjonaw għal dan il-proġett. Sa issa r-residenti ġabru mal-2,000 firma kontra l-impjant.

Ekonomija

Sport