Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 280 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 584.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 7,255.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 768 wara li fil-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis mietu żewġ persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-virus.