Tuesday, November 19, 2024

Jirkupraw aktar mid-doppju tal-każi ġodda

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat il-każi attivi komplew jonqsu u dan hekk kif spikkaw il-persuni li fiequ fuq dawk li rriżultaw pożittivi.

Fl-aħħar 24 siegħa saru 2,192 swab test li minnhom kien hemm 80 persuna li rriżultaw pożittivi. Min-naħa l-oħra kien hemm 177 persuna li rkupraw mill-virus u b’hekk il-każi attivi issa niżlu għal 2060.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 25 każ ta’ persuni li ġew f’kuntatt ma’ qarib li kien diġà pożittiv għall-virus, tliet każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol u għaxar każi relatat ma’ kuntatt dirett ma’ każi oħrajn pożittivi.

Ekonomija

Sport