Erba’ membri tal-Bord tal-Ippjanar qegħdin mingħajr preġudizzju jirrikużaw ruħhom milli jiddeċiedu dwar il-master plan ta’ Manoel Island.
Fi stqarrija maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar intqal li minkejja li Vincent Cassar, Victor Axiak, Joseph Brincat u Annick Bonello huma tal-opinjoni li huma tenibbli biex jiddeċiedu l-proposta odjerna, qegħdin jirrikużaw ruħhom biex jiġi eliminat kull dubju li jista’ jitqies anke b’mod oġġettiv.
Fl-isqarrija intqal li l-istess membri tal-Bord iħossu li m’humiex qegħdin jitħallew f’pożizzjoni li jiddeċiedu b’mod seren u fil-libertà li tali pożizzjoni tagħhom fuq il-Bord tirrekjedi.