Sunday, November 24, 2024

Jirritorna l-Malta International Food Festival ikbar minn qatt qabel

Aqra wkoll

Għal sena oħra, bl-appoġġ tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, se tittella’ edizzjoni oħra tal-Malta International Food Festival, din id-darba estiża għal fuq il-Fosos tal-Furjana bejn is-7 u l-11 ta’ Awwissu. 

Din l-edizzjoni se tkun l-akbar waħda li qatt ittellgħet s’issa hekk kif se tinvolvi mal-elf prodott tal-ikel minn erbgħin pajjiż, b’togħmiet uniċi ppreparati dak il-ħin.  L-għan tal-festival hu li, minbarra li joffri ikel minn diversi gastronomiji f’ambjent ta’ divertiment, se jservi ta’ pjattaforma għal koki, importaturi u produtturi tal-ikel. Minbarra hekk se jkun hemm ukoll taħditiet dwar l-ikel, fosthom dwar ikel nutrittiv li jista’ jsir għal kuljum.  

Ic-Chairmain tal-MTA, Gavin Gulia qal li dan l-avveniment li jġib flimkien kulturi diversi u tradizzjonijiet kulinarji u li l-Malta International Food Festival mhux biss jiċċelebra l-ikel iżda jrawwem ukoll l-ispirtu komunitarju u kulturali.

Sport