Wara sentejn ta’ pandemija tal-Covid-19 illum irritorna l-pellegrinaġġ tal-muturi u tar-roti sinonimu mal-Festa tal-Madonnna tal-Grazzja ta’ Ħaż-Żabbar . Dan il-pellegrinaġġ ilu jsir mis-sena 1951.

Il-pellegrinaġġ tal-muturi beda mill-Mosta mentri dak tar-roti kellu t-tluq tiegħu mir-Rabat.
F’dan il-pelegrinaġġ, is-sewwieqa tal-muturi kif ukoll iċ-ċiklisti għaddew minn bosta lokalitajiet differenti sa ma waslu Ħaż-Żabbar bix-xbieha tal-Madonna tal-Grazzja fuq quddiem.

Ta min isemmi wkoll li dan il-pellegrinaġġ ifisser ħafna għas-sewwieqa tal-muturi għax il-Madonna tal-Grazzja hi wkoll protettriċi tagħhom.



