Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, MMG Promotions tħabbar ir-ritorn ta’ Żabbar Beer Festival, din id-darba ikbar minn qatt qabel, nhar is-Sibt, 2 ta’ Awwissu 2025, mis-7:00 ta’ filgħaxija ’l quddiem.
Dan l-avveniment se jkun qed isir ġewwa l-foss ta’ Ħaż-Żabbar biswit Bieb is-Sultan, li se joffri ambjent uniku u miftuħ għal dan il-festival tant mistenni.
L-edizzjoni tal-2025 se tkun qed tinkludi wkoll l-ewwel esebizzjoni internazzjonali bħala attrazzjoni prinċipali. L-artist Taljan Salvo Vinci flimkien mal-band tiegħu Queen Power – magħrufin għall-ispettakli li joffru madwar l-Ewropa kollha – se jagħtu ġieħ lill-mużika leġġendarja tal-grupp Queen. Il-band lokali Rogue, kif wkoll d-DJ rinomat Pierre Cordina, se jkunu qed joffru wkoll spettaklu matul il-lejla.
Donazzjonijiet għal Puttinu Cares se jkunu qed jinġabru wkoll waqt din l-attività.
Barra minn hekk, il-festival se jinkludi wkoll logħob relatat mal-birra, attivitajiet divertenti għall-familja kollha u żona speċjali għat-tfal.