Fl-aħħar ħinijiet Justin Trudeau ħabbar li kien qiegħed jirriżenja mill-kariga ta’ mexxej tal-Partit Liberali. Trudeau qal li se jibqa’ fil-kariga ta’ Prim Ministru tal-Kanada sakemm il-Partit tiegħu jaħtar mexxej ġdid u b’hekk ikun jista’ jieħu l-kariga tiegħu.
Waqt konferenza tal-ahbarijiet, il-Prim Ministru qal li ħa din id-deċiżjoni wara li tkellem mal-familja tiegħu kif ukoll ma’ dawk l-aktar qrib tiegħu fl-uffiċju.
Trudeau kien taħt pressjoni kbira biex jirriżenja.