Thursday, September 4, 2025

Jirriżenja l-Maġistrat Ian Farrugia

Aqra wkoll

Il-Maġistrat Ian Farrugia ta l-ittra ta’ riżenja lill-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono.

Fi stqarrija li ħarġet il-President ta’ Malta qalet li b’effett mill-11 ta’ Awwissu 2025, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, aċċettat ir-riżenja tal-Maġistrat Ian Farrugia, skont it-termini ta’ Kapitlu 564 tal-Liġijiet ta’ Malta. Il-Maġistrat Farrugia rriżenja għal raġunijiet personali.

Il-President Myriam Spiteri Debono tirringrazzjah għas-servizz li ta matul it-terminu tiegħu bħala Maġistrat.

Għalkemm mhux magħruf x’wassal għal din ir-riżenja, rapporti fil-midja qegħdin jgħidu li l-Maġistrat Farrugia se jkun qiegħed imur jgħix barra minn Malta flimkien mal-familja tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport