Monday, October 6, 2025

Jirriżenja l-Prim Ministru Franċiż wara inqas minn xahar fil-kariga

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Franċiż Sébastien Lecornu rriżenja mill-kariga, sigħat biss wara li tħabbar il-Kabinett ġdid tiegħu.

Dan tħabbar ftit ħin wara li saret laqgħa bejn Lecornu u l-President Emmanel Macron it-Tnejn filgħodu, li damet għaddejja madwar siegħa.

Ir-riżenja ta’ Lecornu saret 26 jum wara li nħatar bħala Prim Ministru wara l-waqgħa tal-Gvern preċedenti ta’ François Bayrou.

Diversi partiti fl-Assemblea Nazzjonali kkritikaw bil-qawwa l-kompożizzjoni tal-kabinett ta’ Lecornu, li fil-biċċa l-kbira ma nbidilx minn dak ta’ Bayrou, u bdew jheddu li se jivvutaw kontrih. 

Lecornu kien is-seba’ Prim Ministru li serva taħt Macron. Huwa kien appuntat fil-kariga f’Settembru li għadda fl-isfond ta’ kriżi politika fil-pajjiż. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport