Ir-referee tal-football tant magħruf fl-Ewropa, Cuneyt Cakir, temm il-karriera twila tiegħu nhar il-Ħamis, skond il-kap tal-korp governattiv tal-football fit-Turkija.
Mehmet Buyukeksi, president tal-Federazzjoni Torka tal-Football (TFF), irringrazzja lil Cakir ta’ 45 sena għall-kontribuzzjonijiet tiegħu għall-football.
Buyukeksi qal li Cakir, referee tal-FIFA mill-2006, dan l-aħħar applika fil-Kumitat Ċentrali tar-Refereeing (MHK) tat-Turkija biex iħalli l-impjieg tiegħu.
“Il-ġimgħa li għaddiet, għamilna kamp, seminar mar-referees tagħna fil-provinċja tat-tramuntana ta’ Bolu. Fis-seminar, Cuneyt Cakir applika lill-MHK (biex jitlaq il-kariga tiegħu),” qal Buyukeksi.
Huwa żied jgħid li Cakir kellu diversi offerti minn barra l-pajjiż iżda r-referee Tork ried itemm il-karriera tiegħu fit-Turkija, hekk kif il-pajjiż ipprovdielu tant opportunitajiet.
Buyukeksi stqarr li fil-futur Cakir irid iħarreġ referees f’kategoriji aktar baxxi biex ikun jista’ jikkontribwixxi għar-refereeing Tork.
Il-president tal-korp tal- football Tork żied li l-MHK, TFF u l-bord tiegħu approvaw it-talba tiegħu.
Cakir kien referee Tork tas-Super Lig mill-2001 sal-2022.
Ir-referee Tork mexxa partiti fit-tournaments tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA fosthom fis-semi-finali bejn l-Olanda u l-Arġentina fl-2014 u bejn l-Kroazja u l-Ingilterra fl-2018 waqt li rreffja l-finali tal-UEFA Champions League tal-2015 li fiha Barcelona għelbu lil Juventus 3-1 f’Berlin.
L-aħħar li ġie maħtur biex jikkontrolla diversi logħbiet kien fil-Euro 2020, li ntrebħet mill-Italja fis- sajf tal-2021, waqt li qabel deher fil-Euros 2012 u 2016. Huwa rreffja ħafna logħbiet fl-Europa League.